Workshop – Ground Work Bażiku

Bejn Lulju u Ottubru 2014, seħħew l-ewwel workshops ma' żgħażagħ seħħet f'kull pajjiż imsieħeb (l-Awstrija, il-Polonja, Spanja, Malta, il-Ġermanja). Total ta' 57 żgħażugħ/a ħadu sehem fil-workshops. Aġenzija Żgħażagħ (Malta) żviluppaw kurrikulu li kien użat minn l-organizzazzjonijiet sħab oħra kollha għall-ħidma tagħhom maż-żgħażagħ.
Iż-żgħażagħ waslu biex jirriflettu dwar il-problemi ta' n-NEETs u ppruvaw isibu xi soluzzjonijiet għal dawn il-problemi.
Uħud mill-parteċipanti żgħażagħ se jkunu mħarrġa biex jiffaċilitaw workshops għal żgħażagħ oħra.

Seminar – Peer Education

Matul iż-żjara ta' ċ-ċentru ta' akkoljenza, 12-il żgħażugħ/a minn Malta, Spanja, il-Polonja, l-Awstrija u l-Ġermanja ipparteċipaw f'TOT workshop dwar peer education, ukoll żviluppat fiċ-Ċentru għall-Edukazzjoni għall-Adulti Stephansstift. It-temi kienu motivazzjoni, kunfidenza u awto-preżentazzjoni. Fl-aħħar tal-workshop iż-żgħażagħ taw preżentazzjoni qasira quddiem tim ta esperti tal-My Way. Dawn kienu impressjonati bil kisbiet fil-kunfidenza li għamlu ż-żgħażagħ. L-istess studenti gawdew mit-tricks mnemoniċi li l-trejner Ġermaniż Holger Heerhorst għallimhom fil-bidu tal-workshop. F'2-3 minuti, l-istudenti kienu kapaċi jimmemorizzaw sa 20 oġġett jew terminu. Sorpriżi mill-kapaċità ta' moħħna ż-żgħażagħ sabu dawn l-istrateġiji sempliċi utli ħafna għall-ħajja tagħhom ta' kuljum.

Ir-ritratti juru xi mumenti ta l-workshop.

Workshops tal-Gruppi tal-Pari Nazzjonali

F'Mejju 2015 it-żgħażagħ li kienu attendew is-Seminar dwar l-Edukazzjoni tal-Pari f'Hannover iffaċilitaw il-workshops tagħhom stess fil-pajjiżi tal-oriġini. Dawn il-Workshops tal-Gruppi tal-Pari Nazzjonali saru fl-Awstrija, il-Polonja, Spanja, Malta u l-Ġermanja.
55-żgħażagħ (żgħażagħ f'riskju, NEETs f'kondizzjonijiet żvantaġġati, persuni li jfittxu impjieg u żgħażagħ b'diffikultajiet fit-tagħlim) kienu mħarrġa mill-mexxejja tal-pari fil-workshops. Il-mexxejja tal-pari u l-parteċipanti ħadmu fuq kwistjonijiet bħall-esperjenzi tal-ħajja, it-teħid ta' deċiżjonijiet, l-għanijiet fl-edukazzjoni u x-xogħol, il-motivazzjoni, l-importanza tal-edukazzjoni, l-isfidi fl-applikazzjoni għal xogħol u esperjenzi ta' diskriminazzjoni. Ġew ippreżentati u diskussi fi ħdan il-workshops għajnuna u opportunitajiet ta' appoġġ nazzjonali.
Ir-riżultati tal-Workshops tal-gruppi tal-pari huma pożittivi ħafna. Il-maġġoranza tal-parteċipanti jixtiequ jirrepetu tali seminars fil-futur. Il-mexxejja tal-pari rċevew rispons pożittiv u r-rispett u huwa probabbli li jitwettqu aktar workshops fil-futur.

Member Area

Go to top