"MY WAY" huwa proġett ta' Trasferiment ta' Innovazzjoni tal-Leonardo da Vinci, żviluppat fil-qafas tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja tal Kummissjoni Ewropea u fuq "ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill" tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar politiki biex inaqqsu t-tluq bikri mill-iskola.

Il-proġett għandu l-għan li:

  • 1Joffri prospetti tajbin fis-suq tax-xogħol liż-żgħażagħ f'riskju li jitilqu mill-iskola kmieni, żgħażagħ bi bżonnijiet edukattivi speċjali u żgħażagħ li ġejjin minn sitwazzjonijiet li huma soċjo-ekonomikament diffiċli,.
  • 2Jagħti s-saħħa liż-żgħażagħ f'riskju biex ikunu kapaċi jieħdu deċiżjoni jekk jattendux taħriġ inkella programm ta' xogħol wara li jtemmu l-iskola obbligatorja.
  • 3Jilħaq u jappoġġja l-grupp immirat, speċjalment liż-żgħażagħ f'riskju jew żgħażagħ NEETs (mhux fl -Edukazzjoni, Impjieg jew Taħriġ).
  • 4Jottimiżża l-kunċett Awstrijakk ta' Youth Coaching (YC) permezz tal-influwenza ta' prattiċi tajba fl-UE fi ħdan in-netwerk tal-UE.
  • 5Jittrasferixxi l-YC modifikat flimkien ma' Xogħlijiet bejn Peers fil- pajjiżi tal-UE sabiex titnaqqas il-medja ta' dawk li jħallu l-iskola kmieni u drop outs.
      Jekk trid tkun taf aktar dwar il-proġett, l-attivitajiet u l-avvenimenti, tista' żżur it-taqsimiet differenti fuq dan is-sit billi tuża l-menu tan-navigazzjoni.

Il-Proġett

Għal ħafna żgħażagħ, speċjalment għaż-żgħażagħ bi bżonnijiet edukattivi speċjali jew li ġejjin minn sfond soċjo-ekonomiku diffiċli, it-transizzjoni mill-edukazzjoni sekondarja u d-dħul fis-suq tax-xogħol huwa stadju sensittiv. Ir-riskju għoli li dawn jispiċċaw iwaqqfu l-edukazzjoni tagħhom jew it-taħriġ mingħajr ma jkollhom impjieg, spiss ikollu konsegwenzi serji tul il-ħajja kollha taż-żgħażagħ.

Fost dawn il-konsegwenzi nsibu dawk ekonomiċi u soċjali li huma frott ta livelli baxxi ta' edukazzjoni..

B'din il–perspettiva f'moħħhom, l-imsieħba tal-proġett (li jikkonsistu minn sitt organiżżazzjonijiet mill-Awstrija, il-Ġermanja, l-Italja, Malta, il-Polonja u Spanja u sieħeb assoċjat mill-Awstrija) jimmiraw li joffru liż-żgħażagħ f'riskju, żgħażagħ bi bżonnijiet edukattivi speċjali jew li ġejjin minn sfond soċjo-ekonomiku diffiċli perspettivi tajba fis-suq tax-xogħol.

Il-proġett huwa intenzjonat li jimplimenta u jiżviluppa il-mudell Awstrijakk tal-"Youth Coaching" (ibbażat fuq pariri, ġestjoni tal-każijiet u l-ippjanar tal-karriera) u jipprova jwieġeb għal waħda mill-akbar sfidi fil-pajjiżi Ewropej dwar kif jintlaħqu ż-żgħażagħ u kif timmotiva lil dawn iż-żgħażagħ f'riskju lejn l-edukazzjoni u programmi ta' taħriġ.

MY WAY irid jikkombina Youth Coaching ma' Peer-Group Workshops bħala strument biex jilħqu u jimmotivaw liż-żgħażagħ, sabiex jiġi ottimizzat il-mudell Awstrijakk permezz tal-influwenza ta' prattiċi tajbin Ewropej fi ħdan in-network u t-trasferiment tagħhom fil-pajjiżi tal-imsieħba. Huwa maħsub li MY WAY jiżviluppa intervent parteċipattiv bl-għan li titnaqqas ir-rata ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni.

 

Member Area

Go to top